Joseph MUSCAT - Immigrazzjoni llegali

08 Mar 2009 02:33 2
2,633
13 1

Joseph Muscat qal li l-Partit Laburista mhux se jibqa' b'halqu maghluq quddiem il-krizi ta' l-immigrazzjoni llegali illi qed tolqot lil pajjizna. Fil-laqgha "Direzzjoni Success: Nemmnu Nahdmu Nirnexxu" huwa fakkar kif matul din il-gimgha, fuq insistenza ta' l-Oppozizzjoni, l-Parlament qabel li jiddiskuti l-immigrazzjoni legali f'pajjizna. Matul din id-diskussjoni, il-Mexxej Laburista qal li l-Partit Laburista se jkun qed jaghti l-proposti tieghu dwar kif din il-problema tista' tigi miggielda. Sahaq li wara l-izbark ta' 230 immigrant llegali f'pajjizna l-Oppozizzjoni Laburista kienet qed tistenna li l-Gvern jaghmel xi haga. Dan aktar u aktar, qal Dr Muscat, meta d-dhul ta' immigranti sa Frar ta' din is-sena diga' jlahhaq mat-22% ta' l-ammont shih ta' immigranti rregolari li kienu dahlu Malta s-sena l-ohra. Joseph Muscat fakkar li kien biss f'Lulju tas-sena l-ohra, meta s-Sajf kien fl-aqwa tieghu, li l-ammont ta' immigranti llegali qabez il-227 immigrant rregolari li dahlu f'daqqa din il-gimgha f'pajjizna.Joseph Muscat qal li d-decizjoni tal-Prim Ministru espressa fil-Parlament l-Erbgha li ghadda, li ma jammettix li ghandna krizi u jghid kif se jilqa ghaliha, hija xhieda ta' kemm huwa maqtugh mir-realta' ta' dan il-poplu. Sahaq illi l-Prim Ministru sejjer zbaljat jekk haseb illi ghaliex ghamel prezentazzjoni lill-Oppozizzjoni minghalih li se jaghlaq halq il-Partit Laburista. "L-informazzjoni hija bi dritt izda mhux se naccetta qatt l-ebda omerta' istituzzjonali ta' dan il-Gvern", sahaq il-Kap ta' l-Oppozizzjoni Joseph Muscat. "F'sitwazzjoni fejn il-familji qed jitkellmu u jistaqsu x'qed isir u kif se niffacjaw din il-krizi, jien zgur bhala Kap ta' l-Oppozizzjoni mhux se noqghod b'halqi maghluq. Lill-Gvern tajnih cans bizzejjed. Il-Gvern jehtieg li jaghmel xi haga fl-istess hin li jassigura d-dinjita' umana lil kulhadd", sahaq il-Mexxej Laburista.Meta kien qed jitkellem dwar l-immigrazzjoni llegali Dr Muscat sellem lill-pulizija u s-suldati ghax-xoghol kbir li qed jaghmlu. Fahhar ukoll ix-xoghol kbir li ghamlu fl-interess ta' pajjizna l-ewroparlamentari Laburisti u kif sentejn ilu kien il-Kap tad-Delegazzjoni Louis Grech illi ghamel proposta biex jithaffef ir-ripatriju ta' dawn l-immigranti. Dak in-nhar li saret din il-proposta, l-ewwel wahda tax-xorta taghha, biex tghaddi mill-Parlament Ewropew kien jehtieg l-appogg tal-Partit Popoplari Ewropew, li tieghu huwa parti l-Partit Nazzjonalista. Izda f'jum il-votazzjoni wiehed mill-ewroparlamentari Nazzjonalisti m'attendiex u l-iehor ma vvutax favur din il-proposta. Madanakollu issa, aktar minn sentejn wara l-proposta Laburista fil-Paralment Ewropew, qed tkun il-Kummisjoni Ewropea illi qalet li se taghmel din l-agenzija. Dan huwa xhieda ta' kemm il-Partit Popolari Ewropew flimkien mal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew dak in-nhar kienu zbaljati. L-immigrazzjoni llegali se tkun wahda mit-tlett oqsma illi fil-jiem li gejjin il-Partit Laburista se jhabbar inizjattivi konkretti u proattivi ghal gid ta' pajjizna. Joseph Muscat qal li l-Partit Laburista fil-hidma politika tieghu ma jridx biss li jesponi l-kritika lejn il-Gvern izda mill-Oppozizzjoni jikkontribwixxu bi proposti ghas-success ta' pajjizna.

---------------------------------------------------

IL-KANDIDATI TAL-PL GHALL-PARLAMENT EWROPEW

ABELA BALDACCHINO CLAUDETTE.

ATTARD MONTALTO JOHN.

BEDINGFIELD GLENN.

BORG STEVE.

CAMILLERI MARIA.

CUSCHIERI JOSEPH.

ELLUL BONICI SHARON.

GRECH LOUIS.

MICALLEF STAFRACE KIRILL.

MIZZI MARLENE.

SCICLUNA EDWARD.

ZAMMIT CHRISTIAN.

Related of "Joseph MUSCAT - Immigrazzjoni llegali" Videos